Materjal Magħmul Mill-Fliexken Tal-Plastik Iservi Tlett Darbiet Aktar Mill-Asfalt

 Materjal Magħmul Mill-Fliexken Tal-Plastik Iservi Tlett Darbiet Aktar Mill-Asfalt

Il-plastik beda jiġi użat għall-ewwel darba fl-1907, u ftit ftit sar wieħed mill-aktar materjali użati madwar id-dinja.

Iżda, maż-żmien bdejna nirealizzaw li l-plastik qed jikkawża problemi serjri. Minn ħsara fuq l-annimali fl-ibħra li jmutu fgati f’biċċiet tal-plastik sa ħsara fuq saħħitna… ħsara li ftit ftit qed teqred l-pjaneta tagħna.

Infatti, kif tħabbar fil-baġit, l-użu ta’ plastik li jintuża darba biss, bħal straw, platti, frieket u skieken tal-plastik, se jkun ipprojbit f’Malta mis-sena 2022.

Intant, diversi xjentisti, inġiniera u attivisti madwar id-dinja qed joħolqu soluzzjonijiet biex jonqos, jew anki jiġi eredikat, l-ammont ta’ plastik li jintrema u li fl-aħħar mill-aħħar isib ruħu fl-ekosistema.

Kumpanija partikolari Ingliża qed tagħmel il-parti tagħha permezz tal-produzzjoni ta’ materjal magħmul mill-flixken tal-plastik li jintuża fit-toroq. Materjal li mhux biss inaqqas ir-rimi tal-plastik u b’hekk isalva l-ambjent naturali, iżda huwa wkoll effettiv u b’saħħtu aktar mill-asfalt, tant li jservi tlett darbiet aktar.

Ritratt: www.theheartysoul.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com