Meta Ġejja X-Xita?

Sa issa Novembru 2020 naqas milli jipproduċi maltemp – xahar tipiku tal-ħarifa, xita, beraq u sajjetti…
L-aħħar xita notevoli tkejlet fis-27 t’Ottubru 2020, kważi 3 ġimgħat ilu. It-temp kien tipikament sajfi, stabbli u kalm iżda mhux sħun. Il-folja se tinqaleb għat-tieni parti tax-xahar. Qed nistennew ħalbiet tax-xita bir-ragħad it-Tnejn u partikolarment it-Tlieta 17/11 u riħ qawwi għal tmiem il-ġimgħa d-dieħla. It-temperaturi se jitbaxxew xi ftit ukoll.
Ritratt: Redeemer Saliba (27.10.2020 – minn Lapsi, l/tas-Siġġiewi)