Meta Tiltaqa’ Ma’ Xi Ħadd Li Tammira ….

 Meta Tiltaqa’ Ma’ Xi Ħadd Li Tammira ….

Raissa Borg, tfajla bħall-oħrajn li bdiet tesperimenta bil-midja soċjali popolari Tik Tok, il-ġimgħa l-oħra rrealizzat waħda mill-ħolmiet tagħha li tiltaqa’ ma’ ‘tiktoker’ bħalha li hi bdiet tammira.

Raissa tistqarr li Tik Tok taha xi ħaġa li kienet nieqsa għal tul ta’ żmien, u sabet passjoni ġdida; dik li tferrah lin-nies bil-videos li toħloq.

Kien propju fuq TikTok li ltaqghet ma’ ‘tiktoker’ bħalha, Luca Lorenzo. Luca kien ikkummentalha fuq video minn tagħha u qalilha li hu kellu programm onlajn maħsub fuq it-tiktok. Minn hemm, hi bdiet issegwih, u saret waħda mill-akbar segwaċi tiegħu.

Bħala parti mill-promozzjoni għall-programm tiegħu, Luca għamel il-flokkijiet bl-isem tal-programm tiegħu, u naturalment, Raissa kienet minn tal-ewwel li riedet takkwistah. Meta marret biex tiġbru, b’xorti kbira sabet lil Luca jistennieha, u din għaliha kienet sorpriża sabiħa mmens!

Luca dawwarha mal-istudio, fejn hu jistqarr li ħassu kburi li kellu persuna ġenwina li tammirah u li bil-videos tiegħu jirnexxilu jferraħ ħafna nies. Esperjenza li ġabitu f’tiegħu kemm idea li bdiet bħala avventura rnexxielu jkabbarha u jferraħ tant persuni.

Illum il-ġurnata, Raissa u Luca baqgħu ħbieb, sħansitra serqitlu x-xena ukoll f’wieħed mill-videos ta’ Luca.

Araw ftit dan il-video tagħhom flimkien:

@lucalorenzo

When your guests take over 🙄 A true Champion neither the less @raissa_borg #tiktokmalta #funnyvideos #webshow #foryoupage #fyp #comedy #maltatiktok

♬ original sound – Luca Lorenzo

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com