Mhux Biss Il-Covid Imma Issa L-Urugan…
Il-Gwatemala għaddej minn mumenti diffiċli mmens fejn apparti l-effett enormi li ħalla l-Covid-19, issa ntlaqtu minn urugan qawwi.
Il-konsegwenzi kienu koroh tant li bosta persuni tilfu darhom, u anke agħar minn hekk.
“Nafu u napprezzaw immens li għandna sapport qawwi minn Malta u anke minn pajjiżi oħrajn, u b’umilta’ nixtiequ nitolbukom għal ftit għajnuna milli tistgħu sabiex niġbru ftit fondi għal niesna li qed iħabbtu wiċċhom ma’ ħafna diffikultajiet!” , intqal fuq il-paġna ta’ GuateMalta Foundation.
Fuq l-istess paġna ssibu d-dettalji ta’ kif tistgħu tgħinu mill-qalb.
Ritratt: