Michael Mifsud Jiftaħ L-Iskor Għal Malta Fl-Aħħar Logħba Tiegħu Man-Nazzjonal

 Michael Mifsud Jiftaħ L-Iskor Għal Malta Fl-Aħħar Logħba Tiegħu Man-Nazzjonal
L-istilla tal-futbol Malti, Michael Mifsud fetaħ l-iskor għal Malta f’logħba ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali ta’ Liechtenstein bi preparazzjoni għal-logħba tas-Sibt li ġej kontra l-Andorra.
Dik tal-lum hija l-143 logħba għal Mifsud bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti li hija wkoll l-aħħar waħda tiegħu.
Għal dawn l-aħħar 20 sena, il-plejer internazzjonali Malti li għandu 39 sena stabbilixxa lilu nnifsu bħala plejer leġġendarju fl-istorja tat-tim nazzjonali tal-futbol Malti b’rekord ta’ 143 dehra mat-tim Malti. Huwa skorja numru rekord ukoll ta’ gowls b’xejn inqas minn 42 goal.
It-tim nazzjonali Malti mar fil-vantaġġ proprju b’goal ta’ Mifsud fil-bidu tal-partita, bit-tim Malti jirdoppja b’goal ieħor mill-plejer Malti Steve Borg.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com