ARA: MIDI Tqaċċat Ħafna Siġar f’Manoel Island

F’ritratt aerial meħud ilbieraħ minn fuq Manoel Island, tidher xena xokkanti ta’ ħafna siġar li ġew maqtugħin, bħala parti minn proġett ta’ żvilupp minn MIDI. Fiż-żona msemmija kien hemm għexieren fuq għexieren ta’ siġar maturi li issa wkoll affaċċjaw dan id-destin kiefer, flimkien ma’ mijiet ta’ siġar oħra li tqaċċtu f’din l-aħħar sena.
Ir-reazzjonijiet tan-nies fuq il-midja soċjali f’dan ir-rigward kien wieħed ta’ rabja, fejn ħafna jistaqsu għalfejn din il-qerda kollha ta’ siġar, u xinhu l-prezz li lesti nħallsu għal ġieħ il-progress.
https://www.facebook.com/tony.cremonabarbaro/posts/10221207753616828