Miet Bil-Covid-19 Imma Xorta Rebaħ Siġġu Fl-Elezzjoni

 Miet Bil-Covid-19 Imma Xorta Rebaħ Siġġu Fl-Elezzjoni

Kandidat Repubblikan David Andahl li miet ix-xahar li għadda bil-Covid-19 fl-età ta’ 55 sena xorta waħda kien elett fl-elezzjoni li qed issir fl-Amerka.

Andahl miet fil-5 t’Ottubru li għadda minħabba kumplikazzjonijiet li nqalgħulu bil-virus. Ommu, f’kumment lil The Bismarck Times tenniet li kien iħobb ħafna l-ambjent ta’ madwarna.

Minħabba s-sistema Amerikana kif inhi, avolja l-kandidat miet, kien diffiċli li tinbidel il-karta tal-vot. Iżda issa, ikun hemm possibbilità li kandidat ieħor mill-istess partit jieħu postu.

Ritratt: Politico

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com