“Minflok Ifaħħru Miżura Bħal Din, Qed Imaqdru U Jbeżżgħu…”

 “Minflok Ifaħħru Miżura Bħal Din, Qed Imaqdru U Jbeżżgħu…”

Jamie Farrugia sid ta’ stabbilimenti tal-ħwejjeġ kiteb fuq facebook dwar kummenti li qed jikbtu xi wħud dwar il-fatt li l-parkeġġ tal-Belt Valletta se jkun b’xejn fi żmien il-Milied.

Tenna kif ra kummenti li jgħidu saħansitra “tridu toqtlu n-nies… jew li jmisshom jistħu.”

Farrugia qal li dawn huma biss żewġ kummenti bla sugu fost oħrajn. “…ara vera hawn min hu egoist… jidher li ħadd minnhom ma għandu ħanut jew business għax li kieku jitkellmu mod ieħor!!” kompla jgħid Jamie fejn “minflok ifaħħru miżura bħal din qed imqadru u jbeżżgħu.”

Kiteb li dan l-argument qed jagħmlu mhux għax għandu ħanut il-Belt għaliex il-ħwienet tiegħu jinsabu f’ Tas-Sliema u Raħal Ġdid.

Ritratt: Ursulino Valletta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com