Mingħalih Li Xtara ‘Father Christmas’ U Waslitlu Sorpriża Li Rrabjatu. Araw Xi Rċieva!
Brandon Caruana kiteb fuq facebook dwar sorpriża li ma tantx ħa gost biha. Mingħalih li ordna Father Christmas il-ġmiel tiegħu u minflok wasallu, Father Christmas niexef għuda, żgħir u saħansitra b’żarbuna waħda.
Din isservina tagħlima biex noqogħdu attenti x’nixtru online minn barra minn xtutna. Ovvjament dejjem għandna naraw li nivverifikaw dak li se nkunu qed nixtru.
Grazzi lil Brandon li qasam din l-esperjenza qarsa fuq facebook ħalli wieħed iżomm f’moħħu dan, għaliex forsi fil-mument, inkunu ferħanin u nordnaw, imbagħad ningidmu!