Minkejja Li N-Negozju Sejjer Ħażin, Il-100 Ewro Li Qalgħet Dalgħodu Tathom Lill-Caritas
Waslet il-Maratona Ta’ Mħabba b’risq Caritas Malta u b’hekk il-poplu llum se jingħaqad flimkien biex jgħin lil din l-organizzazzjoni, sabiex tkun tista’ tkompli tgħin eluf ta’ persuni. L-maratona se tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha u se tibda’ fl-12pm.
Intant, diversi persuni bdew jippreparaw d-donazzjonijiet tagħhom għall-Caritas. Luke Magri huwa persuna li fil-passat kien juża’ d-droga iżda li bl-għajnuna tal-Caritas dawwar ħajjtu u llum jaħdem bħala Care Worker mal-Caritas stess. Magri kiteb fuq Facebook kif persuna li jaf, minkejja li bħalissa qed tbati għax in-negozju sejjer lura, xorta waħda għażlet li tgħin lil Caritas u b’hekk l-ewwel €100 sales li għamlet dalgħodu qed tgħaddihom b’donazzjoni lill-Caritas.
“Kemm hi sabiħa li wieħed jagħti, ħafna…. imma isbaħ meta tkun mill-qalb u lest tiċċaħħad inti biex tagħti lill-ħaddiehor. L-Mulej żgur se jroddomlok lura u jimmultiplikahom.”