Mixlija Li Frodaw Anzjana Ta’ 85 Sena €45,000

Koppja minn Ħaż-Żabbar inżammet arrestata wara li tressqet il-qorti mixlija li ffrodat anzjana ta’ 85 sena madwar €45,000. L-akkużati wegħduha investiment li baqa’ qatt ma seħħ.
Marquita Farrugia ta’ 36 sena u Kurt Muscat ta’ 27 sena, it-tnejn minn Ħaż-Żabbar wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.
Fil-qorti ngħad li dan il-frodi kien ilu għaddej tliet snin u ra l-bidu tiegħu fl-2017. L-Ispettur Clayton Camilleri ppreżenta fil-qorti 33 recording ta’ telefonati li saru bejn l-allegata vittma u l-koppja.
Huma pprovaw jassigurawha billi jgħidulha li kienu qed jistennew tweġiba mingħand ministru.