Mixlija Li Serqitlhom B’€5,000 Ġojjellerija Fl-Aħħar Jum Tax-Xogħol

Mara ta’ 43 sena ġiet arrestata mill-pulizija b’rabta ma’ allegat serqa ta’ ġojjellerija f’Ottubru li għadda minn dar f’Raħal Ġdid.
L-investigazzjonijiet mill-pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Maġġuri, flimkien mal-pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid juru li l-mara kienet għamlet xi żmien impjegata f’dik id-dar.
Hija allegatament wettqet is-serqa tal-ġojjellerija, li tammonta għal aktar minn €5,000, fl-aħħar jum tax-xogħol tagħha f’din ir-residenza.
Il-mara ttellgħet il-Qorti llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs) u dehret quddiem il-Maġistrat Dr Rachel Montebello LL.D.