Naħdmu Biex Il-Libja Tkun Art Ta’ Ġid U Opportunitajiet

 Naħdmu Biex Il-Libja Tkun Art Ta’ Ġid U Opportunitajiet

Dalgħodu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo kiteb fuq il-Facebook tiegħu illi hu u l-Ministru Byron Camilleri qattgħu jum ġewwa Tripoli u ltaqgħu mal-President Serraj u l-Ministri Siyala u Bashaga.

Huma ddiskutew kif sejrin il-laqgħat biex jintlaħaq qbil min se jmexxi l-gvern sakemm isiru l-elezzjonijiet fi tmiem is-sena d-dieħla.

Il-Ministru stqarr li il-poplu Libjan irid il-paċi u l-istabilita`.
“Il-poplu Libjan irid lill-politiċi Libjani jpoġġu l-ewwel il-ġid tal-Libjani kollha qabel l-interessi tagħhom. Għejja bi gwerra li ilha tkarkar kważi disa’ snin”, temm il-Ministru Bartolo.
Kompla jgħid kif eluf ta’ Maltin qalgħu flus tajbin jaħdmu fil-Libja. Negozjanti Maltin għamlu negozju tajjeb fil-Libja għal ħafna snin. “U huwa għalhekk li rridu li l-Libja tkun għalina art ta’ ġid u opportunitajiet u mhux ta’ dgħajjes mimlija immigranti mibgħuta mit-traffikanti tal-bnedmin… “
Araw x’kiteb hawnhekk:

https://www.facebook.com/evarist.bartolo/posts/3480111138704093

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com