“Ninsabu Għadna Fil-Bidu Ta’ Novembru U L-Aqwa Tal-Gwerra F’Dit-Tieni Mewġa Tal-Covid-19 Jidher Li Għadna Ma Lħaqnihx”

 “Ninsabu Għadna Fil-Bidu Ta’ Novembru U L-Aqwa Tal-Gwerra F’Dit-Tieni Mewġa Tal-Covid-19 Jidher Li Għadna Ma Lħaqnihx”

hekk kiteb Dr. Alfred Sant fuq facebook tiegħu fejn saħaq li l-Ewropa tinsab taħt assedju. “Qisha gwerra u fil-fatt hi gwerra, għax l-imwiet reġgħu żdiedu u l-midruba… jew l-infettati… dejjem jiżdiedu fin-numri”, tenna Dr. Sant.

Semma kif l-iskejjel għadhom miftuħa għaliex kulħadd jaqbel li bl-għeluq tagħhom, dawn l-istudenti ser ikollhom futur imżelleġ filwaqt li qal: “Imma anke hawn, mhix ħaġa żgura kemm l-iskejjel se jkunu jistgħu jinżammu miftuħa.”

Temm billi jħeġġeġ lil kulħadd biex ma jaqtax qalbu u li dawn is-sagrifiċċji li qed isiru għandhom jitqiesu bħala parti mill-prezz li għandna nħallsu biex din il-gwerra tintrebaħ fl-aħjar interess ta’ kulħadd.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com