OKMalta.com Ikkonfermati Champions Tal-Kampjonat Tal-Ewwel Diviżjoni Tal-Bowling

 OKMalta.com Ikkonfermati Champions Tal-Kampjonat Tal-Ewwel Diviżjoni Tal-Bowling

Il-Mapfre MSV Life l-ewwel diviżjoni ġie fi tmiemu b’OkMalta.com għat-tielet darba konsekkutiva joħorġu rebbieħa wara battalja kważi kontinwa ġimgħa wara ġimgħa mat-Team Total. It-tim ta’ OkMalta.com huwa kompost minn Mauro Anastasi, Dennis Mercieca, Kenneth Arpa, Rankin Camilleri, u ż-żagħżugħ Nicholas Muscat. Muscat spiċċa bl-ogħla medja tal-kampjonat (218) li hija medja mill-aqwa speċjalment għall-plejer żagħżugħ li għad għandu biss 15 il-sena.

OkMalta.com temmew l-impenji tagħhom b’rebħa faċli ta’ 6 – 2 kontra BOV, filwaqt lit-Team Total rebaħ ukoll 6 – 2 kontra Blitzkrieg li ġew relegati. Team Total, li fih jilgħabu iċ-ċampion Nazzjonali Sue Abela, kif ukoll iċ-champions ta’ taħt it-23 sena Matthew Magro u Sara Xuereb, kellhom bżonn jirreġistraw lil Chris Fenech ta’ 14-il sena bħala sub għall-aħħar ġurnata.

Fenech, li se jingħaqad mat-tim XS fl-2021, ma ddiżappuntax u lagħab medja ta’ 201 biex spiċċa bħala l-aqwa plejer tagħhom għal din l-aħħar ġurnata.  Xuereb spiċċat l-istaġun b’medja ta’ 205, biex waqfet lill-Abela li kienet rebħet dan l-unur għal 13-il staġun konsekuttivi.

Turu’s Knights spiċċaw fit-tielet post, b’rebħa oħra ta’ 6 – 2 kontra XS, b’Mark Spiteri (Turu’s) jilgħab l-unika serje ta’ 700+ (726) tal-ġurnata. Powerfruit, li kellhom lil Cynthia Frendo Duca  u Kayden Lagana ta ’13-il sena f’forma stupenda, għelbu lil Royal Shock biex spiċċaw fir-4 post. L-aħħar partita intrebħet minn Supersonic 6 – 2  kontra r-relegati, Strike Me Jabaal.

L-ogħla logħba u serje scratch tal-irġiel tal-istaġun marru għal Paul Gray u Philip Gruppetta rispettivament, filwaqt li Tiziana Carannante rebħet it-tnejn li huma fil-kategorija tan-nisa.

Ritratt: MTBA

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com