Pa, Ma Nistax Nemmen Li Mhux Se Nerġa’ Narak Dieħel Mill-Bieb – Bint Is-Sindku Ta’ Ħal Qormi

 Pa, Ma Nistax Nemmen Li Mhux Se Nerġa’ Narak Dieħel Mill-Bieb – Bint Is-Sindku Ta’ Ħal Qormi

“Pa ma nistax nemmen li mhux ħa nerġa’ narak dieħel mill-bieb tad-dar u qatt mhu ħa nerġa’ nara dik it-tbissima fuq wiċċek fir-realtà”.

Din kienet ir-reazzjoni ta’ Svetlana Falzon, bint is-Sindku ta’ Ħal Qormi Renal Dalli li lbieraħ miet fl-Isptar Mater Dei fl-għomor ta’ 46 sena.

Falzon miet wara ġimgħat jissielet għall-ħajtu l-isptar wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, Svetlana żiedet titkellem dwar l-esperjenza ta’ tfulitha ma’ missierha.

“Ma nistax nemmen li mhux ha jkollna iktar avventuri flimkien jew li mhux ħa jkolli iktar pariri minn tiegħek. Ma nafx kif raġel bħalek twajjeb u tgħin lil kulħadd kellu jbati u jħalliena qabel il-waqt. Nirringrazzjak ta’ kollox pa li għamilt magħna u talli bqajt sal-aħħar tiġġieled. Pa żomm idejk fuqna minn hemm fuq. U ħu ħsieb lin-nannu. Aħna nħobbuk u mhu ha ninsewk qatt,” temmet tgħid Svetlana.

L-aħħar tislima lill-maħbub Renald Falzon se tingħata llum s-Sibt fil-Knisja ta’ San Ġorġ b’quddiesa presente cadavere li tibda fid-9.30 a.m.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com