Pakistan Ta’ 34 Sena Jweġġa’ Bil-Mutur F’Ħ’Attard

 Pakistan Ta’ 34 Sena Jweġġa’ Bil-Mutur F’Ħ’Attard

Pakistan ta’ 34 sena ddaħħal l-isptar wara li lbieraħ filgħaxija weġġa’ f’inċident bil-mutur Ħ’Attard. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 p.m., xħin il-Pulizija intalbet tassisti fi Triq in-Nutar Zarb.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel, li joqgħod Birkirkara, kien qiegħed isuq mutur Geely Samba 125, tilef il-kontroll u waqa’.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com