Peplow Jegħleb Lil Bezzina Fit-Tieni Ranking Turnament

 Peplow Jegħleb Lil Bezzina Fit-Tieni Ranking Turnament

Fit-tmiem il-ġimgħa, fl-akkademja tal-snuker fil-Ħamrun, intlagħbet il-finali tat-tieni ranking turnament tal-istaġun organizzat mill-Malta Billiards and Snooker Association.

Din il-finali, li kienet fuq l-aħjar minn disa frames, żvolġiet f’waħda interessanti u baqgħet kumbattuta sal-aħħar.  Il-finali intrebħet minn Chris Peplow li għeleb lil Duncan Bezzina bil-punteġġ ta’ 5 frames kontra 4.

Bezzina tilef l-ewwel frame 24 għal 54 iżda r-rkupra fit-tieni u t-tielet b’rebħiet ta’ 81 – 0 u 65(51)-9.  Peplow rebaħ ir-raba, l-ħames u s-sitt frames 30 għal 77, 26 għal 87 u 28 għal 63.  Bezzina r-rkupraw fis-seba u t-tmien frames fejn rebaħ 74 – 13 u 57 għal 47.  Kien Chris Peplow li rebaħ d-disa u l-aħħar frame 31 għal 77.

Ir-referee kien Maurice Calleja.

Din il-ġimgħa jibdew il-kampjonati nazzjonali tal-Premier, l-ewwel, it-tieni u t-tielet diviżjoni kif ukoll l-kampjonat Masters.

Il-logħob kollu jintlagħab fl-akkademja tal-snuker fil-Ħamrun.

Ritratt: MBSA

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com