Priġunier Ta’ 25 Sena Jinstab Mejjet Fiċ-Ċella

 Priġunier Ta’ 25 Sena Jinstab Mejjet Fiċ-Ċella

Raġel mill-Pakistan ta’ 25 sena nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin.

Huwa nstab mill-uffiċjali korrettivi waqt ir-rondi għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu.

Fi stqarrija, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qalet li fiċ-ċella ma nstab xejn suspettuż u għalhekk l-ewwel indikazzjonijiet juru li miet waqt l-irqad.

B’mod immedjat ġew infurmati l-pulizija tad-distrett b’dan il-każ filwaqt li nħatret inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com