Protesta Fil-Belt Valletta Kontra L-Użu Tal-Maskri U L-Vaċċin Tal-Covid-19

 Protesta Fil-Belt Valletta Kontra L-Użu Tal-Maskri U L-Vaċċin Tal-Covid-19

Diversi persuni li huma xettiċi dwar il-Covid-19 inġabru fil-Belt Valletta sabiex tipprotestaw kontra diversi kwistjonijiet, fost l-oħrajn il-miżuri relatati mal-pandemija, l-ilbies tal-maskri u x-xjenza wara l-vaċċin tal-coronavirus.

Malta Today irrapurtat li l-avukat Rudolph Ragonesi qal lill-massa li kienet preżenti li “jaħsbuk qed tiġġennen jekk jgħid li għandek dritt għall-arja pura”. Fost affarijiet oħrajn, l-istess avukat qal li għandu dubju serji dwar il-vaċċin tal-coronavirus u x-xjenza wara l-iżvlupp tagħha.

Ritratti: MaltaToday

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com