Pulizija Jsalva Qanfud Maqbud F’Mansab

Pulizija li kien waqt il-qadi ta’ dmirijietu sab qanfud maqbud fix-xibka ta’ mansab. Il-Pulizija spiss jagħmlu rondi kontra l-insib u kaċċa llegali u llum inzertaw dan il-qanfud.
B’xorti tajba, is-Surġent Clinton Theuma ħa dan l-annimal gustuż għand Vet u ħelsu mix-xlief li kien imqabbad fih.
Prosit tal-azzjoni li ħadt għaliex salvajtu! Ejja nagħtu każ iżjed l-ambjent ta’ madwar, li jinkludi wkoll l-annimali.