Qassis Li Ntlaqat Minn Tiri Kellu Relazzjoni Intima Ma’ Mart Is-Suspettat

Il-ġimgħa li għaddiet qassis intlaqat b’żewġ tiri waqt sparatura li seħħet fuqu f’Lyon.
Minħabba li fil-jiem ta’ qabel kienu ġew maqtula tlett persuni f’Notre Dame, b’motiv li huwa maħsub li kien terroristiku, investigazzjonijiet preliminari ħasbu li dan il-qassis ġie attakkat għall-istess raġuni.
Iżda wara li l-investigazzjonijiet żviluppaw aktar, qed jiġi allegat li l-qassis Nikolaos Kakavelakis, ta’ 57 sena, ġie attakkat minn raġel li induna li martu, Russa ta’ 35 sena, kienet qed titradih mal-istess qassis.
L-allegat aggressur, raġel ta’ 40 sena mill-Georgia, ammetta li huwa spara fuq Kakavelakis. Intant, il-qassis ħareġ mill-koma nhar l-Erbgħa li għadda u ammetta li kellu relazzjoni intima ma’ mart l-agressur.