Raġel Ta’ 30 Sena Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Ntlaqat Minn Żiemel
Naxxari ta’ 30 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu kawża ta’ inċident b’żiemel fis-Siġġiewi.
Il-każ għall-ħabta tal-10.30am meta r-raġel iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li l-vittma weġġa’ għax intlaqat minn żiemel waqt li kien f’kumpless fi Triq Ħal Farruġ.
Fl-isptar ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.