Rebħa Għal Malta fl-Aħħar Partita Ta’ Michael Mifsud
Fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Malta bla wisq diffikulta għelbet lil Liechtenstein 3 – 0 fl-aħħar partita bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti għal Michael Mifsud.
Mifsud, li l-partita tal-lum kienet il-143 logħba tiegħu fil-flokk ta’ Malta, mexxa lit-tim fil-grawnd bħala captain liema faxxa libisa għal bosta drabi fil-karriera tiegħu. Il-plejer ta’ Sirens ma setax jkollu bidu aħjar milli kellu għaliex wara ħames minuti logħob sab ix-xibka avversarja u poġġa lil Malta fil-vantaġġ.
Steve Borg għamel l-iskor 2 – 0 mal-20 minuta logħob biex sat-tmiem l-ewwel taqsima l-iskor baqa dak ta’ 2 – 0.
Malta k-kontrollat matul it-tieni taqsima biż-żewġ kowċis jaffetwa numru kbir ta’ sostituzzjonijiet.
Sitt minuti mit-tmiem Malta ingħatat penalty li minnhu Jean Paul Farrugia ma falliex għal skor finali ta’ 3 – 0.
Malta terġa tkun fl-azzjoni nhar is-sibt li ġej din id-darba f’logħba ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Nations League kontra Andorra fil-3pm.
Ritratt: MFA / Domenic Aquilina