Ritratt Storiku – Dun Ġorġ Preca Jbierek L-Ewwel Ġebla Tal-Iskola St. Michael

 Ritratt Storiku – Dun Ġorġ Preca Jbierek L-Ewwel Ġebla Tal-Iskola St. Michael

Fuq il-paġna ta’ facebook Personaġġi Maltin ittellgħu ritratti mill-isbaħ li jmorru lura għal bħal-lum 4 ta’ Novembru tal-1946 meta Toni Agius li kien ħaddiem tat-Tarzna mill-Ħamrun u membru tal-Museum, ta bidu, bil-barka tal-Fundatur tal-Museum, Dun Gorġ Preca, għall-Iskola St Michael.

Propjament l-ewwel post tagħha kien f’Villa Violette, Triq is-Salib tal-Marsa, il-Marsa. Kien imbagħad fl-1951 li tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-Iskola fejn tinsab illum fi Triq il-Palazz l-Aħmar f’Santa Venera.

Din l-iskola għadha sal-lum immexxija mis-Soċjetà tal-Museum u hija skola sekondarja tas-subien. Hija skola mill-aqwa u li fiha tgħallmu bosta studenti.

Forsi permezz ta’ dan l-artiklu, inġeddu l-memorji ta’ ħafna studenti li kienu jattendu f’din l-iskola.

Fuq nota oħra, mur għidilhom dawk in-nies fir-ritratt, li magħhom kellhom qaddis.

Ritratt: Facebook/ Personaġġi Maltin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com