Saċerdot Jintbagħat Tliet Snin Ħabs Wara Li Abbuża Tifel Ta’ 13-Il-Sena

 Saċerdot Jintbagħat Tliet Snin Ħabs Wara Li Abbuża Tifel Ta’ 13-Il-Sena

Il-Qorit tal-Appell ippreseduata mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kkonfermat sentenza ta’ tliet snin ħabs fil-konfront ta’ Dun Donald Bellizi wara li sabitu ħati li abbuża tifel ta’ tlettax-il sena li kien afdat fil-kura tiegħu. It-tifel kien jattendi grupp speċjali għal dawk li kellhom il-ħajra jsiru saċerdoti.

Fil-qorti ħareġ li l-abbuż beda fl-2010 meta t-tifel beda jattendi għal laqgħat biex jara jekk kellux il-vokazzjoni li jsir qassis. Huwa baqa’ jattendi dawn il-laqgħat sakemm għalaq 16-il sena.

Fr Bellizzi li llum għandu madwar 50 sena, nstab ħati li abbuża minn minuri u li ħa sehem f’attivitajiet sesswali miegħu.
Il-Qorti tal-Appell ma laqgħetx l-argument tiegħu li l-attivitajiet sesswali saru bil-kunsens tal-vittma u li hu ma sfurzax lilu nnifsu fuq it-tifel.

Madankollu, l-Imħallef qalet li l-attivitajiet sesswali, li kienu jikkonsistu f’sess orali, damu għaddejjin tliet snin u kellhom effett drastiku fuq it-tifel, tant li l-verità ħarġet biss meta tkellem mal-ġenituri tiegħu dwar l-attrazzjoni li kellu għall-irġiel. Huwa żied jgħid li dan l-abbuż kellu effett fuq l-orjentazzjoni sesswali tiegħu.

L-Imħallef Scerri Herrera qalet li dak li għamel l-akkużat kien deplorevoli u kundannabbli għax dawn iż-żgħażagħ kieu jattendu laqgħat u live-ins f’kunventi biex jiskopru jekk kellhom il-vokazzjoni biex isiru qassisin. Qalet li dawn iż-żgħażagħ kienu jħarsu lejh bħala persuna ta’ min jafdaw u kien afdat ukoll mill-ġenituri tagħhom.

Il-każ beda jiġi investigat għall-ewwel darba minn kummissjoni fi ħdan il-Knisja u ġie riferut lill-pulizija. S’issa għadu mhux magħruf jekk Bellizzi tneżżax minn saċerdot. Huwa ma nstabx ħati li kien fil-pussess ta’ pornografija ta’ tfal u lanqas li abbuża żewġ subien oħra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com