Se Jkollna Milied? Araw X’Kiteb, Tant Li Ċempillu L-Papa

 Se Jkollna Milied? Araw X’Kiteb, Tant Li Ċempillu L-Papa

𝗦𝗲 𝗷𝗸𝗼𝗹𝗹𝗻𝗮 𝗠𝗶𝗹𝗶𝗲𝗱? Din hija kitba ta’ Fr. Javier Leoz li nqalbet għall-Malti minn Francesco Pio Attard.

Daż-żgur!

Iktar ħiemed u iktar profond.
Jixbah iktar lill-ewwel wieħed, meta Ġesù twieled fis-solitudni.
Mingħajr ħafna dwal fuq l-art,
imma bil-kewkba ta’ Betlehem
tiddi fuq il-mogħdijiet wesgħin tal-ħajja.
Mingħajr purċissjonijiet irjali kolossali,
imma bl-umiltà li nħossuna bħallikieu konna
ragħajja, żgħar u kbar, qed infittxu l-Verità.
Mingħajr imwejjed imburġati u b’assenzi li jsewdulna qalbna,
imma bil-preżenza ta’ Alla li waħdu jimla kollox.

Se jkollna Milied?
U żgur!
Mingħajr toroq mimlija nies,
bi qlubna mħeġġa
għal Dak li għoddu wasal.
Mingħajr l-istorbju jew il-festi,
it-tgergir jew il-kunċerti ffullati…
imma billi ngħixu l-Misteru mingħajr il-biża’
tal-“Erodi tal-Covid” li jipprova jisirqilna
mqar il-ħolma tal-istennija.

Se jkollna Milied għax Alla jinsab magħna
u kif għamel Kristu f’maxtura, hu jrid jaqsam magħna
l-faqar tagħna, il-provi, id-dmugħ, it-tbatija, u ma jħalliniex iltiema.

Se jkollna Milied għax għandna bżonn
ta’ dawl divin qalb din id-dalma kollha.
Il-Covid-19 ma jista’ qatt jilħaq il-qalb jew ir-ruħ
ta’ dawk li jqiegħdu t-tama u l-ideal għoli tagħhom fis-Sema.

SE JKOLLNA MILIED!
Se nkantaw l-għanjiet tal-Milied!
Alla se jitwieled u jġibilna l-ħelsien!

Meta kitibha, fl-4.30pm ċempel it-telefon fir-refettorja ta’ San Lawrenz fi Spanja… kien il-Papa. Qallu li tassew kiteb kliem profond u li għandu jixgħel iżjed l-ispirtu tal-Milied din is-sena.

Ritratt: Aleteia/ Crux Now

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com