Se Ssir Il-Quddiesa Ta’ Nofs Illejl Din Is-Sena?

 Se Ssir Il-Quddiesa Ta’ Nofs Illejl Din Is-Sena?

Iva, din is-sena l-quddiesa li nsejħula ‘ta’ nofs illejl’ se ssir. Tkellimna ma’ Kevin Papagiorcopulo li huwa l-Kap tal-Istampa/Midja fi ħdan il-Kurja Arċiveskovili fejn qalilna li l-ħsieb huwa li ssir.

Qalilna li hemm il-ħsieb li ssir kemm fil-Knisja bl-osservanza tar-regoli matul il-pandemija u anke b’mod virtwali (online) għal dawk li forsi ma jilħqux post jekk kemm -il darba, l-ammont mitlub fil-knejjes jimtela jew, il-persuni jkunu jħossuhom li huma vulnerabbli.

Aħbar pożittiva għal min ikun jistenna dan il-mument.

Ritratt: Knisja.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com