Seba’ Nomini Biex Jimtela’ S-Siġġu ta’ Miriam Dalli

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li rċeviet seba’ nomini biex jimtela’ s-siġġu tal-Avukat Miriam Dalli li ħmistax ilu rriżenjat minn Membru Parlamentari Ewropew.
Il-kandidati li tefgħu n-nomini tagħhom għall-elezzjoni każwali huma Felix Busuttil Galea, Josef Caruana, Cyrus Engerer, Mary Gauci, James Grech, Robert Micallef u Lorna Vassallo.
Il-Kummissjoni Elettorali qalet li l-għadd tal-voti tal-elezzjoni każwali ser isir il-Ħamis li ġej fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar.
L-għadd tal-voti se jibda fid-9.30 ta’ filgħodu.