Segwieha Ħuha Sakemm Qatilha ….
Maria Paola Gaglione, tfajla Taljana ta’ 22 sena, kienet qed issuq mutur mal-għarus tagħha Ciro Migliore, lejn id-dar tagħhom f’Acerra fl-Italja t’isfel, meta ħin bla waqt deher ħuha jsuq warajhom.
Michele Antonio, li għandu 30 sena, beda jsuq viċin tagħhom b’mod perikoluż u beda jħabbat il-karozza tiegħu mal-mutur tagħhom, b’konsegwenza li tilfu l-kontroll u ħabtu.
Meta l-investigaturi tal-każ staqsew lil Michele għaliex ikkawża dan l-aċċident, hu wieġeb li xtaq jagħtiha lezzjoni, u mhux joqtolha. Meta waslu l-awtoritajiet fuq il-post tal-inċident, sabuh isawwat l-ġisem ta’ Ciro Migliore, li kellu dirgħajh imfekka u mimli tbenġil.
Michele ġie arrestat mill-pulizija u ħaduh ġewwa ħabs f’Poggioreale. S’issa għadu ma ġiex akkużat.
Ritratt: www.pinknews.co.uk