#MeToo: Sorijiet Joħorġu Diversi Stejjer Ta’ Abbuż

 #MeToo: Sorijiet Joħorġu Diversi Stejjer Ta’ Abbuż

Fid-dawl tal-kampanja #MeToo li ilha għaddejja f’dawn l-aħħar snin, inħarġu wkoll stejjer xokkanti ta’ sorijiet minn diversi pajjiżi u nazzjonalitajiet.

Sister Doeia Reisinger ġiet sesswalment abbużata ta’ 19-il sena meta kienet soru f’kunvent il-Ġermanja. L-Isqof Indjan Franco Mulakkal kien jabbuża sesswalment mill-Madre Superjura għal sentejn. Diversi sorijiet minn mad-dinja kollha jirrapurtaw għexieren ta’ abbużi sesswali u anka ta’ abort li ġie sfurzat fuqhom biex dawn l-istess abbużi jibqgħu mgħattna.

Stigat minn dawn l-istejjer, il-Papa Mario Bregoglio ħareġ dikjarazzjoni tard fl-2019 fejn uffiċjalment irikonoxxa dawn l-abbużi fuq is-sorijiet. Wara din id-dikjarazzjoni, ħafna stejjer simili oħra ħarġu fil-beraħ u għadhom qegħdin jibqgħu joħorġu sal-lum.

Is-sorijiet jirrapurtaw li l-abbużi mhumiex biss ta’ natura sesswali, imma anke sessisti inġenerali fejn jidħol per eżempju sfruttament fix-xogħol fejn sorijiet qatt m’għandhom l-opportunità li jiġu promossi fl-inkarigi tal-ħafna xogħlijiet siewja li jagħmlu – bil-kontra tal-membri tal-klergu li huma rġiel. Stqarrijiet oħra minn sorijiet stess ukoll jgħidu kif iħossuhom skjavi fil-kunventi tagħhom stess u kif dan kollu jmur ferm lil hinn mill-argument tal-esiġenzi fiżiċi u spiritwali li jidħlu għalihom is-sorijiet fil-kunvent.

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com