Tafu Li Llum San Martin? Għamiltuha L-Borża?

Il-Ħadd ta’ qabel il-11 ta’ Novembru tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Martin; il-qaddis li għen lill-fqir, ħenn għalih u tah biċċa mill-mantar tiegħu.
F’pajjiżna, il-Baħrija huwa marbut sew ma’ din il-festa tant li kieku m’hawnx il-pandemija, illum sebaħ bnazzi għall-aqwa fiera tradizzjonali ta’ San Martin, kif ngħidu aħna l-Maltin: “Kif tmiss il-liġi!”
Din il-knisja ħelwa fil-Baħrija hija mmexxija mill-Patri Agostinjan maħbub minn kulħadd; Patri Ray Francalanza.
Fost it-tagħlim ħelu li jagħti bħal-lum, Patri Francalanza jħeġġeġ biex nuru solidarjetà ma’ xulxin u nħobbu dejjem.
Ġewż, lewż, qastan, tin… kemm inħobbu lil San Martin.