Tfajla Ta’ 18-Il Sena Fil-Periklu tal-Mewt Wara Inċident F’Għawdex

 Tfajla Ta’ 18-Il Sena Fil-Periklu tal-Mewt Wara Inċident F’Għawdex

Tfajla ta’ 18-il sena li toqgħod is-Swieqi qed tissielet għall-ħajjitha wara li lbieraħ filgħaxija kienet involuta f’inċident bi quadbike f’Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00 p.m. fi Triq ix-Xwejni, iż-Żebbuġ limiti ta’ Marsalforn meta t-tfajla li kienet passiġġiera fuq quadbike misjuq minn raġel ta’ 28 sena minn Ħal Qormi tilef il-kontroll bil-konsegwenza li nqalbu minn fuqu.

Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu lill-vittmi. Huma ttieħdu l-isptar u ġew iċċertifikati li hu qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li t-tfajla li hija Ingliża qed issofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com