Tfajla Tqila Tammetti Li Kienet Qed Tittraffika L-Eroina

 Tfajla Tqila Tammetti Li Kienet Qed Tittraffika L-Eroina

Kimberly Aly ta’ 20 sena u li toqgħod il-Birgu ammettiet li kienet qiegħda tittraffika l-eroina, il-kokaina u l-kannabis minn garaxx fil-Marsa.

Hija ġiet arrestata t-Tnejn filgħaxija wara rejd li sar mill-pulizija tar-Rapid Intervention Unit.

Dan wara li qaċċtu bieb ta’ garaxx u sabu lit-tfajla fil-garaxx. Fi tfittxija li saret, il-pulizija sabu bosta tipi ta’ droga fosthom 110 boroż bil-kokaina, 63 borża bl-eroina u 15-il borża bil-kokaina kif ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti. Id-droga kienet lesta ppakkjata biex tinbiegħ.

Il-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx għat-talba mill-ħelsien mill-arrest fejn ingħad li t-tfajla diġà wieġbet ħajta u kellha ħames xhur tqala.

Hija ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq il-kundizzjoni li tiffirma l-għassa darbtejn fil-ġimgħa u ma tersaqx lejn il-Marsa. Hija ġiet ordnata wkoll tħallas depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com