Tħallina Ikona Ħamruniża Tal-Futbol Malti
Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Martin Attard fl-età ta 82 sena.
Plejer versatili li kien anki jifforma parti mit-tim nazzjonali Malti lura fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet. Flimkien ma’ ħutu Pawlu, Sunny, Patistu, Ninu, Kristinu u Fredu, kollha lagħbu ma’ Ħamrun Spartans Football Club. Imbagħad hemm ħuwhom Ġużi, li kien jilgħab ma’ Luqa St. Andrews fit-tielet diviżjoni.
Is-suq kalċistiku tat-trasferimenti tas-sajf jaf ikun qasir imma għal Martin żgur kien sinifikanti dak tas-sena 1960 fejn flimken ma’ ħuħ Pawlu telaq mill-Marsa sabiex ingħaqdu ma’ Ħamrun Spartans; trasferiment turbulenti li ma kienx daqstant sempliċi kemm wieħed jista’ jimmaġiena. Kellha tittieħed deċiżjoni, li finalment f’Ottubru tal-istess sena fil-Kunsill Eżekuttiv tal-MFA, din inqatgħet favur l-aħwa Attard. Infatti Martin iddebuta ma’ Ħamrun Spartans f’Novembru tal-1960 kontra Sliema Wanderers.
Martin meqjus bħala l-iktar plejer tekniku fost ħutu, kien jiddomina fil-kaxxa b’tackles impekkabli!
It-tim ta’ StradaRjali.com joffri kondoljanzi sinċiera lill-familja Attard.