Tħobb Tesperimenta Bit-Tisjir? Mela Dan Għalik!

 Tħobb Tesperimenta Bit-Tisjir? Mela Dan Għalik!

Qabdek il-ġuħ u m’għandekx ħafna ħin fuq idejk? Tħobb tħawwar l-ikel b’togħmiet differenti?

Araw Karl u Romina Bonaci minn F Living xi platt ippreparaw, għal dawk li jħobbu ikel orjentali … bħali!

“Zucchini Curry Noodles”

Għandek bżonn:

Basla
Karì
Patata
Sider tat-tiġieġ
Bott Ħalib tal-Indi
Nofs kikkra piżelli
Żbib
Zucchini

Metodu:

Aqli l-basla u żid il karì.
Żid il-patata, sider tat-tiġieġ imqatta’ biċċiet żgħar.
Żid żbib u piżelli.
Ħallih isir għal madwar 10 minuti u żid il-ħalib tal-ġewż tal-indi (coconut milk)

Għalli għal ftit minuti iz-zucchini li tkun għamilthom forma ta noodles. Ħallat kollox u servi.

Għal darb’oħra Karl u Romina urewna kif inlestu platt li jidher tassew apetituż li jien għandi ġenn sabiex insajru u nippruvah!

U intom, ippruvajtuha din ir-riċetta?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com