Tiekolx Minn Dawn Minħabba l-Possibbiltà Ta’ Ġunġlien Ikkontaminat
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, għarraf lill-pubbliku, biex ma jikkonsmax il-prodott Muesli Bar Hazelnut; Nocciola senza zuccheri aggiunti tad-ditta Crownfield minħabba l-possibilità ta’ ġunġlien ikkontaminat.
Fi stqarrija ngħad li wara informazzjoni li rċieva l-ewwel mingħand il-kummerċjant u anke permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibiltà ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida (Ethlyene oxide) fil-ġunġlien li jinstab fl-istess prodott.
F’dawn l-aħħar ġimgħat nstab li l-kimika ethylene oxide setgħat kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. Madankollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.