Tifel Ta’ 12-Il Sena Jagħmel Suwiċidju Minħabba Sfida Fuq TikTok

 Tifel Ta’ 12-Il Sena Jagħmel Suwiċidju Minħabba Sfida Fuq TikTok

Fiċ-Ċili qed jiġi rrapurtat li tifel ta’ 12-il sena nstab mejjet fil-kamra tas-sodda tiegħu wara li għamel l-isfida bl-isem ta’ ‘TikTok suicide challenge’.

Jidher li Colbert kien sfidat li qed jibża’ jieħu din l-isfida imma għamilha, u tilef ħajtu. Mhux magħruf eżattament kif u x’kienet din l-isfida.

Il-ġenituri tiegħu tkellmu ma’ ġurnali internazzjonali dwar il-ħtieġa li l-ġenituri jkunu jafu xi jkun għaddej minn uliedhom fuq il-mezzi tal-midja soċjali.

Ommu Katisuka Beltran tenniet li qed tipprova ma ssirx tobgħod il-midja soċjali għax huwa l-uniku mezz kif iżomm kuntatt ma’ binha ieħor li jgħix barra l-pajjiż.

Jidher li t-tifel Cobert kien qed iħossu stressjat tul il-pandemija u nfexx iżjed fuq tiktok tant li beda jagħmel sfidi strambi u bla valur.

Minn din l-istorja għandna niġu konxji li għalkemm huwa veru li mingħajr il-midja soċjali sirna ma ngħaddux, xorta waħda rridu nżommu bilanċ u nitgħallmu nqattgħu ħin mingħajrhom ukoll.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com