Tifel Ta’ 9 Snin Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ 3 Sulari

 Tifel Ta’ 9 Snin Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ 3 Sulari

Tifel ta’ 9 snin mill-Imġarr qiegħed jissielet għall-ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei wara li waqa’ madwar tliet sulari minn gallarija ta’ residenza privata fl-Imġarr.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija kienet infurmata li hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq il-Karamelli.

Fuq il-post marru tim mediku biex jassituh u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Caroline Farrugia Frendo li ordnat inkjesta dwar il-każ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com