Tiġġudikawx In-Nies Li Jmissu D-Droga… Ma’ Kull Bniedem hemm Storja!

 Tiġġudikawx In-Nies Li Jmissu D-Droga… Ma’ Kull Bniedem hemm Storja!

Ejja ngħinu lil xulxin. Ejja ma niġġudikawx. Qabel, lejn is-snin 80 u 90, it-tabù kien għax ikollok tarbija qabel iż-żwieġ. Illum nindunaw kemm is-soċjetà inbidlet. Mhux qed ngħid favur jew kontra; fuq dan ma nidħolx. Ma kienx tajjeb li kienu jiġu abbandunati wkoll!

Illum it-tabù hija d-droga. Fl-istess ħin, huwa fatt li d-droga iżjed ma jgħaddi ż-żmien qed issir komuni u saħansitra ġieli aċċettabbli.

Ġieli tmur f’attività, u tkun qed tistenna li mal-ħin, se tara d-droga quddiemek. Qatt ma tista’ tgħid kullimkien jew dejjem. Jiġifieri dawk li jużaw din il-frażi biex jattakaw nies bħali għax jgħidu: “Dan irid jitkellem?!”, nerġa’ ntenni li ma nista’ qatt ngħid li din se ssibha f’kull attività bilfors. Ejja nkunu prattiċi!

Imma iva, hija realtà u ma nistgħux naħbuha. Hija ferità li tibdieha ħabba raġuni u ssir hi r-raġuni għall-kawża tal-problemi tiegħek.

Tgħajjarx nies li għandhom il-problema tad-droga. Tkellem magħhom, ara għalxhiex, ara għaliex ma jistgħux jieqfu… Informa ruħek.

Taf tiġi bżonn int, bintek jew ibnek jew xi ħadd mill-familja tiegħek! Tabbandunax nies bil-problema tad-droga… Iridu l-imħabba. Ara kif tista’ tgħin permezz t’għajnuna professjonali. Tagħmilhiex waħdek, hawn min jgħinek! Kuraġġ!

Illum il-Caritas għaddejja b’maratona fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni Maltija. Għin mill-qalb. Ejja nixxuttaw id-dmugħ u ngħinu biex inxerrdu t-tagħrif; mhux biex nattakkaw jew nugżaw imma biex nerfgħu lil xulxin mill-abbissi kiefra tad-droga misħuta.

☎️5️⃣1️⃣0️⃣0️⃣2️⃣0️⃣3️⃣5️⃣ – €20
☎️5️⃣1️⃣9️⃣0️⃣2️⃣0️⃣8️⃣9️⃣ – €50
☎️2️⃣1️⃣3️⃣3️⃣1️⃣0️⃣0️⃣0️⃣ – Pledge line
☎️2️⃣1️⃣2️⃣3️⃣7️⃣9️⃣3️⃣5️⃣ – Help line
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com