Tinxtara L-Ewwel Vettura Bullet Proof Għall-Iskorta tal-Priġunieri
Il-Gwardjani tal-Ħabs se jkollhom rashom aktar mistrieħa meta jkunu qegħdin iwasslu lill-priġunieri mill-Ħabs ta’ Kordin għall-Qorti u vice-versa. Dan wara li l-Ministeru għall-Intern investa fl-ewwel vettura bullet proof għall-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi.
Il-Ministeru għall-Intern Byron Camilleri spjega li fid-diskors dwar l-estimi tal-baġit għas-sena d-dieħla, il-pajjiż mhux jitqammel fejn għandha x’taqsam is-sigurtà u hemm fejn anke jsiru investimenti għall-ewwel darba.
Fost l-investimenti li semma u li saru riċentament kien hemm proprju l-ewwel vettura bullet proof li se tintuża waqt l-iskorti tal-priġunieri.
Il-Ministru Camilleri qal li b’għodda tajba nkunu qed nissalvagwardjaw anke s-saħħa tal-ħaddiema tal-faċilità li qed jaqdu rwoli li sa ftit snin ilu kienu jsiru minn ħaddiema ta’ korpi dixxiplinati oħra u biex jagħmlu dan, Camilleri qal li jinsabu determinati li jagħtuhom biex jaħdmu.