Tippruvawx Id-Droga Għax Stressjati Bil-Covid… Bosta Bdewha Issa!

 Tippruvawx Id-Droga Għax Stressjati Bil-Covid… Bosta Bdewha Issa!

Spiss qed nisma’ persuni bħalissa jgħidu li pruvaw id-droga għax qed iħossuhom frustrati bis-sitwazzjoni tal-Covid-19. Mill-esperjenzi ta’ bosta persuni u tiegħi nnifsi, dejjem inwissi biex toqogħdu attenti. Ma tafux fejn se toħodkom!

Tgħidux għalissa, għax ġaladarba tibda, tidra u tkun trid. Jekk għalissa hija okkażjoni għax waqt covid, la jgħaddi kollox se tibda ddur għaliha u tiftakar fiha għal kull mument; ċelebrazzjoni jew dwejjaq.

Ma ssolvix problemi billi toħloq oħrajn. Bosta entitajiet li jgħinu fir-rijabilitazzjoni mid-droga, qed jaraw żieda ta’ persuni li jċemplu jitolbu għajnuna minħabba li daħlu fi sqaq ġdid li ma kinux jafu x’tiġrib fih, matul il-pandemija.

Agħmlu kuraġġ u aħsbu… jien fejn irrid immur?! Jien x’se nagħmel b’idi? Se nitlef li għandi? Se nkisser familja u lili nnifsi?

Nitkellem mhux għax jien eroj, ‘il bogħod minn hekk. Nitkellem għax kif sibt min jgħin lili, irrid nagħti minn dak li tgħallimt lil ħaddieħor. Kif jgħid il-Malti: Qis mitt darba u aqta’ darba! Kuraġġ. Tkellmu mal-ħbieb sew… il-pandemija mhix eterna! Għada jisbaħ aħjar…

(Din hija opinjoni tal-editur)

 

Nota: Ċemplu 179 għall-għajnuna… Caritas (2133 1000), Sedqa (2388 5110), u l-Oasi (21563333)  jew l-Anti Substance Unit fi ħdan in-National School Support Services (2598 3497) lesti jgħinuk.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com