Tisfronda Triq Ġewwa n-Nadur

 Tisfronda Triq Ġewwa n-Nadur

Iktar kmieni din il-Ġimgħa ġie rrapurtat li konkrit li kien qed iservi bħala mili ta’ ħofra, sfronda fih innifsu u ħoloq ħofra oħra. Dan seħħ f’Kenuna Road ġewwa n-Nadur, fejn fl-istess triq kienu qed isiru xi xogħlijiet ta’ infrastruttura mill-Ministeru ta’ Għawdex.

Il-Kunsill tan-Nadur rrisponda għal din is-sitwazzjoni billi tefa’ r-responsabbiltà fuq il-kuntrattur tat-toroq li ġie maħtur mill-Ministeru Ta’ Għawdex. Dan tal-aħħar irrisponda li filwaqt li ddiskutew dan l-inċident mal-kuntrattur responsabbli Gatt Tarmac, il-programm ta’ rranġar ta’ toroq li kien għaddej fiz-zona ser jitkompla bl-għan li jitlesta fil-ħin stipulat.

 

Ritratt: Timesofmalta

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com