Tliet Anzjani Jmutu Pożittivi Bil-Covid-19
Tliet anzjani, wieħed ta’ 78 sena, ieħor ta’ 87 sena u ieħor ta’ 79 mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan ifisser li issa telgħu għal 101 il-persuni li mietu pożittivi b’dan il-virus.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 78 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long term Facility.
Fit-tieni każ, anzjan ta’ 87 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjan ta’ 79 sena, li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni fosthom il-ħasil tal-idejn, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskri, hekk biss nistgħu nagħmlu d-differenza.