Tliet Persuni Jmutu Bil-Covid-19

 Tliet Persuni Jmutu Bil-Covid-19

Anzjan ta’ 84 sena, ieħor ta’ 82 sena u raġel ta’ 46 sena huma l-aħħar tliet persuni li mietu pożittivi bil-Covid-19.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan ta’ 84 sena ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru u miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 82 sena li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, raġel ta’ 46 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, jagħti l-kondoljanzi lill-familjari u jappella biex kulħadd jsegwi l-miżuri ta’ prevenzjoni, fosthom l-ilbies tal-maskra, id-distanza fiżika u l-ħasil tal-idejn, hekk biss nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com