Tnejn L-Isptar Wara Ħabta f’Tas-Sliema

 Tnejn L-Isptar Wara Ħabta f’Tas-Sliema

Żewġ xufiera, ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kmieni dalgħodu weġġgħu f’inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30 a.m. fi Triq it-Torri meta seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Renault Zoe, misjuqa minn Taljan ta’ 30 sena, u li joqgħod Ħaż-Żebbuġ u karozza tal-għamla Toyota C-HR, misjuqa minn raġel Eritrean ta’ 23 sena, li joqgħod Bormla.

Aktar tard it-Taljan ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi filwaqt li x-xufier l-ieħor sofra minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com