Uża L-Indicator u Evita Inċident

 Uża L-Indicator u Evita Inċident

Bħala parti mill-kampanja #TravelSmart ta’ Transport Malta u Malta Road Safety Council, illum ser nitkellmu fuq l-użu tal-indicators, li għalkemm għandha tkun prattika bażika fis-sewqan, din mhux dejjem tiġi osservata. B’konsegwenza ta’ dan, jiġru ħafna inċidenti li faċilment jistgħu jiġu evitati. 

Ixgħel L-Indicator Dejjem, Mhux Meta Jfettilek

Meta tixgħel l-indicator, tkun qed tavża lis-sewwieqa ta’ warajk xi tkun ħa tagħmel, biex huma jkunu jistgħu jtuk ċans iddur għal triq oħra jew tipparkja bil-kwiet. 

Taħsiblux Fl-Aħħar Minuta

Meta tixgħel l-indicator fl-aħħar minuta tkun qiegħed tirriskja li s-sewwieq ta’ warajk ma jilħaqx inaqqas il-veloċità biex itik ċans iddur. 

Agħtihom Service Kif Meħtieġ

Li tixgħel l-indicator huwa importanti, imma li tkun ċert li d-dwal tal-indicators qegħdin jaħdmu, huwa importanti wkoll. Iċċekkja d-dwal kollha tal-karozza ta’ spiss – dawk qegħdin hemm biex jipproteġu kemm lilek u kemm lis-sewwieqa ta’ madwarek. 

Naqqas il-periklu u uża l-indicators, għal sewqan iktar sigur fit-toroq tagħna. 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com