Tużax il-Mobile Waqt Li Ssuq, Lanqas mat-Traffic Lights

 Tużax il-Mobile Waqt Li Ssuq, Lanqas mat-Traffic Lights

Transport Malta u Malta Road Safety Council qegħdin joħorġu avviż ieħor bħala parti mill-kampanja tagħhom #TravelSmart, fejn jenfasiżżaw il-perikli kbar li jġib miegħu l-użu tal-mobile waqt il-ħin tas-sewqan.

Li Tuża l-Mobile fit-Triq tfisser Qed Tistieden il-Periklu

F’dik in-nofs sekonda li tkun qiegħed tħares lejn il-mobile, il-karozza ta’ quddiemek taf tibbrejkja f’daqqa, jew il-persuna tal-bankina jfettlilha taqsam għall-għarrieda.

Dejjem żomm għajnejk fuq it-triq u tużax l-mobile waqt li ssuq għall-ebda raġuni.

Le, Lanqas Mat-Traffic Lights 

Id-dawl tat-‘traffic lights’ huwa aħdar u int għadek tħares lejn il-mobile. Twaqqafx traffiku sħiħ għax int ridt tuża l-mobile. Tkunx kawża ta’ inkonvenjenzi fit-toroq.

Jekk vera urġenti, mela ixgħel l-indicator u waqqaf ma’ ġenb

Jekk qed tirċievi telefonata li verament ma tistax tistenna, jew għandek bżonn tuża l-mobile b’mod urġenti, ixgħel l-indicator u bil-mod sib post fejn hu sigur li tieqaf u fejn ma toħloqx inkonvenjenza.

Tirriskjax ħajjet ħaddieor. Tużax mobiles fl-ebda ħin waqt is-sewqan tiegħek.

https://www.facebook.com/watch/?v=373069417215648

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com