Uffiċjali: Jitħassru Ċ-Ċerimonji Kollha Tal-Gradwazzjoni Tal-Università Ta’ Malta

 Uffiċjali: Jitħassru Ċ-Ċerimonji Kollha Tal-Gradwazzjoni Tal-Università Ta’ Malta

Tħabbar uffiċjalment li tħassru ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni tal-Università  ta’ Malta għal din is-sena. F’komunikat lill-gradwati kollha l-Università  qalet li minħabba l-Covid-19 se jitħassru ċ-ċerimonji kollha u aktar tard dan ix-xahar ser tiddikjara lill-gradwati kollha fid-degree jew diploma fl-istess data, dik tal-20 ta’ Novembru 2020.

Ir-Rettur Alfred J Vella fl-ittra lil aktar minn 3,500 gradwat, spjega li minħabba r-restrizzjonijiet mill-Awtoritajiet tas-Saħħa u l-limitu ta’ 100 persuna fuq ġewwa, mhux se jkun possibbli li jsiru ċerimonji.

Ir-Rettur żied jgħid li meta eventwalment ikunu jistgħu isiru l-gradwazzjonijiet, se niċċelebraw kull gradwazzjoni biex tkun speċjali u memorabbli għal kull gradwat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com