Vaċċin: Malta Se Tirċievi l-Vaċċin Fi Ftit Jiem Ta’ Rilaxx
Filwaqt li lbieraħ il-kumpanija farmaċewtika Pfizer ħabbret l-aħbar tant mistennija li waslet fl-istadji finali tal-vaċċin kontra l-COVID-19, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne assigura li Malta ser tkun qiegħda tirċievi dan il-vaċċin fi ftit ġranet wara dan jiġi uffiċjalment disponibbli. Prijorità ser tingħata lil vulnerabbli u lill-ħaddiema tas-settur mediku.
Għalkemm il-persentaġġ ta’ suċċess ta’ dan il-vaċċin huwa wieħed ta’ 90%, Fearne speċifika li xi testijiet finali fuq dan l-istess vaċċin għadhom iridu jiġu finalizzati qabel ma’ din toħroġ fis-suq. Għadalqstant wieħed ma jistax ma jifraħx b’din l-aħbar pożittiva li tant ilha tiġi mistennija.
Fl-istess waqt, il-Prim Ministru flimkien mal-Ministru Tat-Turiżmu ilbieraħ ġew imwissija mil-Medical Association of Malta (MAM) rigward is-serje ta’ programmi ta’ attivitajiet li ħareġ il-Gvern relatati mal-Milied. Il-MAM spjegat kif dawn l-attivitajiet jafu jżidu n-numri tal-każijiet kif ukoll ta’ mwiet.